MIA
AĠĠORNAT (3): Tfittxija għal drone li tellef bdot waqt l-inżul fl-MIA

L-ajruport ħa l-miżuri neċessarji wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar bdot ta’ ajruplan li kien nieżel Malta rrapporta li lemaħ drone jittajjar f’distanza qrib l-ajruplan tiegħu.

Minn tagħrif li għandu Television Malta, id-drone ittajjar qrib ir-runway it-twila – fil-parti minn Ħal Far lejn it-terminal tal-ajruport.

It-torri tal-kontroll informa lill-awtoritajiet, bil-Forzi Armati u l-Pulizija bdew rondi fi tfittxija għal min kien qed itajjar dan id-drone. Apparti rondi fil-perimetru tal-ajruport, il-Forzi Armati tajjru wkoll helikopter. It-tfittxijiet iżda rriżultaw fin-negattiv.

Għalkemm l-operat tal-ajruport ma ġiex imfixkel, mill-anqas tliet titjiriet li kienu qrib l-inżul biddlu bi ftit ir-rotta u għamlu ftit tal-ħin aktar fl-ajru milli previst sakemm niżlu b’mod normali.

Skont il-liġi ma jistgħux jittajru drones f’żoni qrib mnejn jitilgħu u jinżlu l-ajruplani.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar