Droga
“L-akbar rimors li għandi hu li nqast lil uliedi” – raġel li għeleb il-vizzju tad-droga

Maqbud u mkisser bil-vizzju tad-droga fi skiet ta’ daru anke ‘l bogħod minn għajnejn familtu, illum li temm il-kors tal-Caritas b’suċċess għat-tieni darba, Alfred (isem fittizju) jgħid li l-akbar rimors li għandu huwa li naqas lil uliedu.

Jirrakkonta kif beda jieħu d-droga ta’ 14-il sena u kif din serqitlu kollox. Ta’ 12-il sena kien plejer tajjeb tant li kien jilgħab man-nazzjonal iżda tilef kollox minħabba l-vizzju tad-droga.

Jgħid li ta’ età żgħira sar missier u kellu jiżżewweġ. Madankollu baqa’ jieħu d-droga. Kien għamel l-ewwel programm 25 sena ilu fejn kien għamel xahrejn iżda beda jimmissja t-tfal u ħareġ.

Qal li ltaqa’ ma’ problemi oħra u reġa’ waqa’ għad-droga għax ma kienx preparat għall-ħajja. Stqarr li l-familjari kienu jafu li qed jerġa’ jieħu imma kienu aċċettawh. Qal li minħabba d-droga beda l-użura u kawża t’hekk tilef in-negozju u saħtu.

Stqarr li minkejja kollox dejjem sab lil Caritas warajh lest tgħinnu. Appella liż-żgħażagħ biex iżommu ‘l bogħod mid-droga.

Ara l-intervista sħiħa hawn:

Din l-intervista se tixxandar illejla waqt il-programm Dissett wara l-aħbarijiet tat-8pm.

Ara wkoll:

“Tlaqt kollox għad-droga, illum jew għada d-droga terbaħ” – żagħżugħ li għeleb il-vizzju tad-droga

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar