Lokali
L-akbar vjolinista tal-mużika klassika f’Malta – Maxim Vengerov

Huwa meqjus bħala l-akbar vjolinista fil-kamp tal-mużika klassika. Tinduna anke mill-manjiera kif mużiċisti oħra jilqawh, bi stima impresjonanti għall-kapaċitajiet li joffri.

U meta tiltaqa’ miegħu wiċċ imb’wiċċ, issib persuna umli, sempliċi, b’imħabba għal strument mużikali, li issa sar parti minnu, li jaf iwassal l-emozzjonijiet mingħajr kliem, mingħajr reliġjon u mingħajr twemmin politiku.

Li forsi twassal ukoll biex l-ammirazzjoni tmur mux biss għall-kobor tal-mużiċist, imma anke għall-umanità li Maxim Vengerov jgħix ta’ kuljum fil-karriera tiegħu.

Flimkien mal-Armenian State Orchestra, taħt id-direzzjoni tal-konduttur residenti ta’ dan l-International Music Festival, Sergey Smbatyan,  il-kunċert tal-lum iwassal dan l-artist straordinarju Maxim Vengenerov, bix-xogħol ta Tchaikovsky, Swan Lake.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Saħħa

Tifel ta’ 4 snin miet ilbieraħ wara li aktarx instab li kellu mikrobu li jikkaġuna l-meninġite. Huwa miet f’Mater Dei wara li jidher li kellu xi sintomi li wasslu biex…

Aktar