Politika
L-akkademiċi jitolbu għar-riżenja jew tneħħija immedjata tal-Prim Ministru

L-akkademiċi tal-Università ta’ Malta qalu fi stqarrija li dawk afdati fl-ogħla strutturi tal-poter ittradew b’mod mill-aktar goff il-fiduċja taċ-ċittadini Maltin u tal-komunità internazzjonali.

F’dan il-kuntest, jeżiġu li Joseph Muscat għandu jirreżenja jew jitneħħa immedjatament. Dan sabiex l-investigazzjonijiet ikunu jistgħu jimxu bla ebda xkiel mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.