L-akkużat bil-qtil ta’ Nemtsov jgħid li ammetta minħabba li kien ittorturat

Zaur Dadayev li jinsab fil-ħabs akkużat bil-qtil tal-politiku tal-Oppożizzjoni Boris Nemtsov qal li huwa ammetta li kien involut fil-qtil minħabba pressjoni kbira li saritlu taħt tortura. Qal ukoll li minn ittorturah qallu li jekk jammetti jinħeles sieħbu li wkoll jinsab akkużat bil-qtil ta’ Nemstov. Huwa qal dan lil Andrei Bakushkin li huwa membru tal-Kunsill tad-Drittijiet Umani fir-Russja.

Andrei Babushkin qal li Dadayev għandu diversi ġrieħi fuq ġismu li juru li veru għadda minn tortura. Huwa sejjaħ biex nies li mhumiex parti mill-investigazzjoni jmorru jivverifikaw dak li qed jgħid. Mill-banda l-oħra l-investigaturi qalu li r-rappreżentant tal-Kunsill kellu biss l-inkarigu li jara l-kondizzjonijiet fil-ħabs filwaqt li wissew li qed jindaħal fl-investigazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-Istati Uniti, l-istat ta’ New York qiegħed jitqies bħala l-epiċentru tal-imxija tal-Coronavirus fejn kważi il-mejta kollha irrappurtati f’24 siegħa jaqbżu 630. Fi New York il-każijiet ikkonfermati jlaħħqu 113,000. B’kuntrast in-numru…

Barranin

Żewġ persuni nqatlu u ħamsa sofrew ġrieħi f’attakk b’sikkina fix-xlokk ta’ Franza. Tnejn minn dawk feruti jinsabu f’qagħda kritika. L-attakk, li ġie deskritt mill-Ministru għall-Intern bħala wieħed terroristiku, seħħ fir-raħal…

Barranin

Aktar minn 1,187,900 każ ta’ coronavirus fid-dinja. L-imwiet bil-Covid-19 qabżu l-64,000. Fl-aħħar 24 siegħa fi Spanja mietu 809 persuni bil-COVID-19 filwaqt li ftit aktar minn 7,000 irriżultaw pożittivi għal virus. B’kollox…

Barranin

F’ittra indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen, il-Prim Ministru Taljan qalilha biex tlesti ruħha għar-riskji. L-Italja, li tibqa’ sal-lum l-aktar pajjiż Ewropew li ntlaqat mill-Coronavirus b’aktar minn 14,000…

Aktar