Qorti
L-akkużat tal-qtil doppju f’Ħal Għargħur jgħid li ma kienx f’sikktu mentalment meta seħħ id-delitt

Kevin Micallef ta’ 44 sena li jinsab mixli bil-qtil ta’ ommu u zitu f’Ħal Għargħur f’Lulju 2018 qal li ma kienx f’sikktu mentalment meta seħħ id-delitt sentejn ilu.

Micallef qed jiffaċċja proċeduri fil-Qorti għall-qtil ta’ ommu Antonia Micallef, anzjana ta’ 71 sena u oħtha anzjana wkoll, Maria Carmela Fenech ta’ 74 sena fir-residenza tagħhom fil-Għargħur.

Hekk kif fil-Qorti kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda, l-avukat difensur Francois Dalli għamel talba biex jieqfu l-proċeduri għax qal li hemm evidenza li l-akkużat kien ilu għal żmien twil ibati minn marda deġenerattiva.

Psikjata li xehed f’April 2019 ukoll semma din il-ħsara newroloġika fil-proċeduri li għaddejjin fil-Qorti u għalhekk fid-dawl ta’ din il-kundizzjoni medika, l-akkużat għamel it-talba lill-Qorti biex tiddikjara li hu ma kienx f’sikktu mentalment meta seħħ id-delitt sentejn ilu.

Ara wkoll:

Delitt Ħal Għargħur: L-anzjani sofrew daqqiet ta’ sikkina f’għonqhom u f’sidirhom

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar