Lokali
L-akkużati bi protest ġudizzjarju biex jiġi elevat il-laptop ta’ Daphne mingħand il-familja Caruana Galizia

L-avukati difensuri tat-tliet irgiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Carauana Galizia għamlu protest ġudizzjarju li fih talbu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jassigura li l-investigaturi jkollhom il-laptop tal-ġurnalista li sa issa għadu għand il-familja tagħha.

Fil-protest ġudizzjarju, l-avukati difensuri nsistew li l-Pulizija m’għandhomx iħallu lill-familja Caruana Galizia tiddetta lill-Pulizija l-evidenza li għandha tinġabar.

Il-protest gudizzjarju, iffirmat mill-avukat William Cuschieri, jgħid li l-informazzjoni fil-laptop tista’ tkun relevanti għad-difiża. Il-Qorti kienet diġà ġiet infurmata mill-Ispettur Keith Arnaud dwar il-kwistjoni tal-laptop, u s’issa l-Qorti ma ħarġet ebda digriet biex il-Pulizija u l-esperti tal-Qorti jeżaminaw l-informazzjoni li tista’ tkun relevanti għall-każ.

L-avukati difensuri qalu li se jżommu lill-Kummissarju responsabbli u wissew li jistgħu jieħdu azzjoni oħra dwar dan in-nuqqas fl-investigazzjoni.