Qorti
L-Albaniż li nqabad fil-barracks ta’ Ħal Safi jiċħad l-akkużi u jinżamm arrestat

Begtash Muka, Albaniż ta’ 27 sena, tressaq il-Qorti akkużat li l-Ħadd filgħodu bejn id-9am u l-9.45am daħal mingħajr permess fil-barracks ta’ Ħal Safi bil-ħsieb li jagħmel reat.

Muka kien ilu mfittex iktar minn sena b’rabta mas-serqa armata mill-ħanut Diamonds International fil-5 t’Ottubru tas-sena l-oħra.

L-Ispetturi Omar Zammit u Melvyn Camilleri akkużawh ukoll li hedded u ġiegħel lil uffiċjal tas-servizz ta’ detenzjoni, Mario Mizzi jibża’ li se tintuża vjolenza kontrih, u li kellu fil-pussess tiegħu arma mingħajr permess.

Fil-Qort llejla Muka ġie mixli wkoll li uża pjanċi ta’ reġistrazzjoni ta’ karozza misruqa, li saq vettura mingħajr liċenzja u li fil-pussess tiegħu kellu droga kokaina f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu personali tiegħu.

Permezz tal-avukat tal-għajnuna legali Marita Pace Dimech, Begtash Muka wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. F’dan l-istadju huwa ma talabx il-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Ara wkoll:

L-Albaniż li nqabad bla ħsieb armat f’Ħal Safi ilu sena mfittex fuq hold up ta’ €500,000

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar