Budget2021
L-Alleanza Kontra l-Faqar f’laqgħa mal-Prim Ministru bil-proposti tagħha qabel il-budget

F’laqgħa oħra mal-Alleanza Kontra l-Faqar, l-attivist Matthew Borg saħaq fuq il-bżonn ta’ ekonomija inklussiva xprunatta minn kulħadd. Qal li hawn min qed jgħix f’faqar u oħrajn li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja minħabba l-pandemija. Tenna li l-fqir għandu jkun fiċ-ċentru tal-messaġġ politiku tal-Gvern.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Abela qal li l-Gvern se jkun qed jagħti prijorità lill-qasam soċjali tant li indika li l-baġit ta’ nhar it-Tnejn se jinkludi bosta miżuri biex jindirizzaw il-problemi soċjali.