Pulizija
L-allegat perċimess fit-taqsima tat-traffiku għall-Qorti b’akkużi ta’ frodi u ħasil ta’ flus

L-investigazzjoni tal-Pulizija fl-allegat irregolaritajiet fit-taqsima tat-traffiku li bdiet fi Frar li għadda jidher li ħadet żvolta, b’madwar tlieta minnhom mistennija jitressqu l-Qorti bħala l-allegat perċimess tal-iskema marbuta mal-extra duties tal-pulizija u mixlija b’akkużi ta’ frodi u ħasil ta’ flus. Seba’ pulizija rriżenjaw mill-korp hekk kif bdew jiġu investigati waqt li 34 uffiċjal mit-taqsima tat-traffiku kienu fuq Police Bail li issa skada u qed jistennew x’passi se jittieħdu kontrihom.

Sorsi li tkellmu ma’ TVM spjegaw li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-allegat irregolaritajiet fit-Taqsima tat-Traffiku waslu biex jintemmu.

Madwar erba’ persuni li qed jitqiesu bħala l-perċimess tal-allegat skema irregolari fl-extra duties mistennija jitressqu l-Qorti. Minbarra akkużi ta’ frodi, dawn x’aktarx li jkunu mixlija wkoll b’ħasil ta’ flus minħabba suspetti li wħud minnhom kienu qed jaħslu l-flus irregolari li allegatament kienu qed idaħlu billi jixtru affarijiet lussużi fosthom vetturi.

Fil-bidu tal-investigazzjoni aktar kmieni din is-sena, it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija aċċettat ir-riżenji ta’ seba’ uffiċjali fosthom Supretendent, tliet surġenti u maġġur. Skont il-liġi, dawk li jitressqu l-Qorti xorta jistgħu jgħaddu proċeduri separati quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Il-ġimgħa li għaddiet għall-mistoqsijiet ta’ Television Malta dwar fiex waslet din l-investigazzjoni, il-Pulizija qalet li 34 membru tas-sezzjoni tat-traffiku jinsabu fuq police bail u li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kienu għadhom għaddejjin fosthom b’inkjesta maġisterjali. TVM jinsab infurmat li l-police bail issa ntemmet.

Sorsi spjegaw li matul din is-sena mistenni tibdil fil-korp tal-Pulizija. Minbarra l-ħatra ta’ Kummissarju ġdid se jiddaħħal grupp ta’ rekluti ġodda u se jissaħħu bosta taqsimiet fosthom ta’ kontra r-reati ekonomiċi li mill-kwartieri ġenerali se tiċċaqlaq f’binja ġdida fl-Imrieħel.

 

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma kellhomx biżżejjed kliem ta’ tifħir għall-voluntiera li offrew 10,000 siegħa…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena minn Ta’ Xbiex weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq. Jidher li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur…

COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

Saħħa

Wara li saru konsultazzjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Ġunju se jerġgħu jibdew jiġu offruti numru ta’ servizzi fil-komunità mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Madanakollu diversi istruzzjonijiet…

Aktar