Lokali
L-allegat qattiel ta’ żagħżugħ ta’ 23 sena ġie arrestat wara li pprova jaħrab
Il-lejl li għadda l-Pulizija rnexxielha tarresta raġel ta’ 25 sena mill-Ghana b’rabta mal-omiċidju li seħħ ftit tal-ħin qabel fil-Marsa.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li raġel ta’ 23 sena mill-Ghana, qala’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta wara li allegatament kien involut f’argument mal-allegat aggressur.
Sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Maġġuri u l-RIU sabu lis-suspettat f’residenza fil-Marsa, fejn pprova jaħrab iżda ġie arrestat ftit wara.
Hu mifhum li r-raġel se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin u tixlih bil-qtil volontarju taż-żagħżugħ ta’ 23 sena.
https://www.tvm.com.mt/mt/news/ragel-jinqatel-bdaqqiet-ta-sikkina-fil-marsa-il-pulizija-bi-tfittxija-ghall-aggressur/