Lokali
L-allokazzjoni finanzjarja għall-ġlieda kontra l-vjolenza domestika żdiedet b’iktar minn 70%

Min-nhar it-Tnejn jibdew is-16-il jum ta’ attiviżmu dwar il-vjolenza domestika b’attivitajiet maħsuba biex il-vjolenza domestika ma tibqax mistura bejn l-erba’ ħitan tad-djar. Għalkemm żdiedu sew ir-rapporti lill-Pulizija u lill-Aġenzija Appoġġ dwar każi ta’ vjolenza domestika, xorta għad hemm bosta każi li ma jiġux rrappurtati.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, Edward Zammit Lewis, qal li fil-budget għas-sena d-dieħla l-allokazzjoni finanzjarja għall-ġlieda kontra l-vjolenza domestika żdiedet b’iktar minn 70%.

”Dawn se jintefqu f’entitajiet, fuq nies, f’edukazzjoni u fil-prijoritajiet li għandna f’dan is-settur li huma l-work-life balance, li nnaqqsu d-differenza fil-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa u l-irġiel u inizjattivi oħra bħalma huma dawn is-16-il jum ta’ attiviżmu.”

Il-Ministru Zammit Lewis qal li l-ġranet ta’ attviżmu dwar il-vjolenza domestika jibdew mit-Tnejn li ġej jgħinu biex titqajjem iktar kuxjenza ħalli l-vittmi ta’ vjolenza domestika ma jibżgħux jitkellmu.

Il-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika, Simone Azzopardi, qalet li t-tema magħżula din is-sena hi ‘L-Ebda Skuża għall-Abbuż’. L-attivitajiet li jibqgħu għaddejjin sal-10 ta’ Diċembru, jinkludu fost oħrajn diskussjoni fuq il-prostituzzjoni, mixja ta’ solidarjetà mal-vittmi, u għadd ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ dwar is-suġġett lill-Pulizija, l-avukati u lit-tobba.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri qal li 10 suldati Maltin li jinsabu stazzjonati l-Libanu jinsabu tajbin. Dan qalu lbieraħ il-Ministru wara l-isplużjoni li seħħet f’Beirut li ħalliet mijiet midruba u għexieren…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tlieta filgħaxija, talab biex jitħaddem bl-iktar mod rigoruż l-istatut il-ġdid tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kap…

Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Aktar