Lokali
L-ALPA tgħid li bil-proċeduri fil-Qorti l-Air Malta qed toħnoq il-libertà tal-bdoti

Il-union tal-bdoti tal-Air Malta, l-ALPA, qalet li bil-proċeduri għad-danni li fetħet kontra l-bdoti, l-Air Malta qed toħnoq il-libertà tagħhom li jassoċjaw ruħhom ma’ union.

L-ALPA qalet li l-Gvern fetaħ proċeduri fil-Qorti biex jirkupra d-danni mingħand il-bdoti għall-azzjoni industrijali li saret fl-1 ta’ Lulju li għadda, meta l-ALPA kienet ordnat lil membri biex jittardjaw it-titjiriet.

Il-union qalet li din l-azzjoni industrijali twaqqfet wara ftit sigħat permezz ta’ mandant ta’ inibizzjoni, u li meta l-Gvern ifittex lill-bdoti għad-danni, jkun qed jaqtagħlhom qalbhom milli jissieltu għad-drittijiet tagħhom skont il-ftehim kollettiv.

Kompliet tgħid li n-negpzjati fuq il-ftehim kollettiv kienu fallew minħabba iċ-Chief Flight Operations Officer, is-Sur Emvic Debono, fejn allegat li kien intimida l-membri tagħha.

L-APL qalet li se tkun qed tieħu passi legali biex terġa’ ddaħħal l-ekwilibriju, u li se ssejjaħ laqgħa ġenerali straordinarja biex tittieħed deċiżjoni dwar it-triq ‘il quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar