Relazzjonijiet Industrijali
L-ALPA tgħid li kisbet vot unanimu ta’ fiduċja mill-membri

Il-Union tal-Bdoti laqqgħet laqgħa ġenerali straordinarja li matulha l-eżekuttiv tal-ALPA kiseb vot unanimu ta’ fiduċja mill-membri tagħha.

L-ALPA qalet fi stqarrija li matul il-laqgħa ġew diskussi l-proposti li ressqet l-Air Malta u li skont l-ALPA ġew irtirati mil-linja nazzjonali tal-ajru mingħajr raġuni ġustifikata.

L-ALPA rrimarkat li xorta ppreżentat dawn il-proposti lill-membri tagħha, li iżda ma ġewx milqugħa.

Il-Union tenniet l-impenn tagħha li tiddiskuti mat-tmexxija tal-Air Malta biex fi kliemha tinstab soluzzjoni vijabbli għall-kumpanija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Aktar