Air Malta
AĠĠORNAT: Botta u risposta bejn l-ALPA u l-Air Malta

Il-Union tal-bdoti l-ALPA irribatiet rapporti li l-membri tagħha jaħtu għad-dewmien ta’ 17-il siegħa għat-titjira lejn Palermo.

L-ALPA akkużat lil maniġment tal-Air Malta li biex jaħbi n-nuqqasijiet tiegħu qed iwaħħal fl-ekwipaġġ, li skont rapporti fil-midja injora struzzjonijiet biex jiġi jopera t-titjira ta’ Palermo għaliex kienu qed jixtru l-fjuri fl-ajruport ta’ Amsterdam.

L-ALPA qalet li t-titjira minn Amsterdam ittardjat għaliex l-ajruplan kien għadu ma tnaddafx mill-ħaddiema tal-kumpanija li tagħmel dan it-tindif abbord.

Il-union akkużat lill-management li qed jivvinta skużi frivoli li jgħaddihom baxx baxx lil midja. Il-union ikkundanant din it-tattika li qalet qed tintuża biex toskura l-piloti.

Spjegat li t-titjira ta’ Palermo ittardjat minħabba ippjanar ħażin min-naħa tal-management għax il-bdot ma setax jopera t-titjira qabel jieħu l-ħin tal-mistrieħ, kif jesiġu r-regoli internazzjonali u l-kundizzjonijiet tal-piloti.

L-Air Malta rreaġixxiet għall-istqarrija tal-ALPA u qalet li tinsab imħassba bl-imġiba ta’ xi bdoti għalkemm temmen li l-biċċa l-kbira tal-membri tal-ekwipaġġ jaħdmu qatigħ għall-kumpanija u jġibu ruħhom b’mod professjonali.

L-istqarrija tal-Air Malta tagħmel ukoll referenza għall-allegat każ ta’ bdot li weħel jixtri xi fjuri f’Amsterdam filwaqt li passiġġieri baqgħu lampa stampa jistennew it-titjira tagħhom mill-ajruport ta’ Malta lejn Palermo.

Il-kumpanija semmiet ukoll li 13-il bdot irrappurtaw ma jifilħux għax-xogħol li ħoloq staġnar fl-operat filwaqt li l-kumpanija qed taħli r-riżorsi tagħha biex tindirizza tilwim industrijali li ddeskriviet bħala mhux raġjonevoli.

L-Air Malta qalet li sa fejn tifhem, intlaħaq ftehim u pożizzjoni mal-ALPA tant li l-kumpanija kienet lesta li tiffirma l-ftehim mibgħut mill-ALPA f’Ġunju li għadda. Qalet ukoll li l-ALPA qed tinsisti fuq garanzija mill-gvern ta’ €700, 000 għal kull bdot fi ħlas għall-irtirar kmieni .

 

Ara wkoll:

Titjira posposta minħabba ħsarat f’2 ajruplani u nuqqas ta’ membri tal-ekwipaġġ

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Reklam fuq Malta Park biex ibiegħ oġġetti misruqa reġa’ daħħal lil Ronald Baldacchino minn Ħal Qormi f’xebgħa inkwiet. Baldacchino tressaq il-qorti u ġie mixli li seraq apparat mużikali tal-band Cryptic…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li sal-bidu tas-sena d-dieħla d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji se jiġi rilokat f’binja ġdida ta’ tliet sulari f’Santa Venera. F’reazzjoni għar-rapport tal-kumitat tal-kunsill tal-Ewropa kontra l-ħasil tal-flus, MONEYVAL,…

Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Aktar