Politika
L-Alternattiva Demokratika b’9 kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Għall-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej, l-Alternattiva Demokratika ser tikkontesta b’żewġ kandidati għall-Parlament Ewropew u disa’ kandidati għall-Kunsilli Lokali.

Fil-Kunsilli Lokali, Alternattiva se tikkontesta fil-Mellieħa, Birkirkara, Ħ’Attard, Marsaskala, n-Naxxar, ix-Xgħajra, Ħaż-Żebbuġ, il-Gżira u San Ġiljan.

F’laqgħa ġenerali straordinarja, Alternattiva Demokratika approvat il-manifest għal dawn l-elezzjonijiet. Iċ-Chairperson, Carmel Cacopardo, qal li l-manifest hu bbażżat fuq erba’ prinċipji: l-ekoloġija, is-saħħa, l-ugwaljanza u demokrazija. Fost oħrajn qal li biex tinbena Ewropa b’saħħitha trid tissaħħaħ id-demokrazija b’politiċi kontabbli filwaqt li sostna li mhux aċċettabbli li ma jkunx magħruf min qed jipprova jinfluwenza d-deċiżjonijiet.

Qal li l-maġġoranza tal-kandidati ta’ Alternattiva Demokratika huma żgħażagħ li qed jikkontestaw għall-ewwel darba. Żied li dawn se jfasslu l-ħidma tagħhom fuq il-ġid komuni tas-soċjetà.

Il-Perit Cacopardo qal li l-kandidati eletti f’isem Alternattiva se jaħdmu biex tissaħħaħ it-trasparenza, il-governanza tajba fil-finanzi u l-ħidma politika tal-kunsill, u t-tisħiħ tad-demokrazija lokali. Qal li s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti li tiddependi mill-kwalità tal-ambjent urban ukoll se tkun ta’ prijorità, bħalma hi l-aċċessibilità tar-residenti.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar