Immigrazzjoni
L-Alternattiva Demokratika ma taqbilx mal-Gvern li ma jaċċettax aktar immigranti

L-Alternattiva Demokratika ma taqbilx mal-pożizzjoni li ħa l-Gvern dwar l-immigrazzjoni.

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo qal fi stqarrija li s-solidarjetà mhix fuq kwarantina. Huwa qal dan b’reazzjoni għad-dikjarazzjoni li minħabba l-kriżi Covid-19, il-portijiet Maltin huma magħluqin għall-opri tal-baħar b’immigranti maħruba u meħlusa mill-għarqa.

Huwa qal li l-Alternattiva taqbel mal-Gvern li tħallew jidħlu Malta s-66 immigrant sbieħ il-Ġimgħa l-Kbira waqt li żied jgħid li l-kriżi Covid-19 ma tħollx lill-pajjiż mill-obbligi tiegħu kemm morali kif ukol tal-liġi internazzjonali u Ewropea.