Lokali
L-Ambaxxata Amerikana f’Ġerusalemm se ġġib inkwiet kbir fil-Lvant Nofsani

Għall-Palestinjani, Ġerusalemm hija l-belt fejn wieħed jista’ jħossu ħieles u jipprattika r-reliġjon tiegħu b’mod apert.  Dan intqal mill-Aġent Kap tal-Ambaxxata Palestinjana f’Malta Fadi Hanania f’kummenti lil TVM b’reazzjoni għall-ftuħ tal-Ambaxxata Amerikana f’Iżrael.

Huwa żied jgħid li ċ-ċaqliq tal-Ambaxxata Amerikana minn Tel Aviv għal Ġerusalemm minbarra ksur tal-liġi internazzjonali, se ġġib magħha inkwiet kbir fil-Lvant Nofsani.  Il-Palestinjani qed jittamaw li l-komunità internazzjonali tieħu passi biex tibqa’ tirrenja l-paċi fir-reġjun.

F’kumment lil TVM, l-Ambaxxatur tal-Iżrael għal Malta, Eyal Sela qal li għall-Iżraeljani kif ukoll għal pajjiżi oħra, l-Iżrael titqies bħala l-belt kapitali ta’ Ġerusalemm għaliex hemm jiltaqa’ l-Parlament tal-pajjiż u jsiru laqgħat tal-ogħla importanza.

Ara hawnhekk il-kummenti ta’ Fadi Hanania u Eyal Sela li taw lil TVM dwar is-sitwazzjoni attwali fil-Lvant Nofsani:

Ara wkoll:

Tfal fost il-mejta fil-vjolenza qabel il-ftuħ tal-ambaxxata Amerikana f’Ġerusalemm

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waslet fi tmiemha l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill Ewropew, bl-Ambaxxatur Awstrijakk għal Malta, Andreas Stadler, jgħid li fit-tliet oqsma li l-Presidenza Awstrijaka kienet identifikat bħala l-miri tagħha għall-presidenza ġie reġistrat progress. Semma…

Sigurtà

F’tarzna fl-Italja beda x-xogħol fuq l-akbar investiment li qatt daħlet għalih l-armata Maltija: il-bini ta’ patrol boat kbira bi spiża ta’ madwar €50 miljun. Hu pjanat li sa sentejn oħra…

Lokali

Inawgurat ilejla l-għaxar edizzjoni tal-presepju ħaj: “Bethlehem f’Għajnsielem” . . . l-ewwel attrazzjoni tal-Milied mal-wasla f’Għawdex li ta’ kull sena jilqa’ eluf ta’ viżitaturi biex iġeddu l-esperjenza tat-twelid ta’ Ġesù….

Kronaka

Raġel ta’ 60 sena weġġa’ fil-korsa tal-Marsa llum għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ waqt li kienu għaddejjin it-tiġrijiet taż-żwiemel. Ir-raġel, li joqgħod ix-Xewkija, ttieħed l-isptar Mater…

Aktar