Kisbiet
L-Ambaxxata tal-Istati Uniti tinnomina lil Matthew Caruana Galizia għall-Premju Kontra l-Korruzzjoni

Gwendolyn Wendy Green, Chargé Affaires fl-Ambaxxata tal-Istati Uniti, dan l-aħħar, tat ġieħ lis-Sur Matthew Caruana Galizia, ġurnalist investigativ, bħala n-nominat tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti għall-premju tar-Rebbieħ Internazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tas-Segretarju tal-Istat Amerikan.

Dan il-premju jonora individwi li ħadmu bla heda, ħafna drabi fil-konfront ta’ diffikultajiet, biex jiddefendu t-trasparenza, jiġġieldu l-korruzzjoni, u jiżguraw kontabilità; pajjiżihom stess.

L-Ambaxxata Amerikana għażlet lis-Sur Caruana Galizia minħabba x-xogħol tiegħu fl-investigazzjonjiet f’reati finanzjarji, ħasil tal-flus, u evażjoni tat-taxxa. Is-Sur Caruana Galizia kien inġinier ewlieni, fl-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ), li ħadem fuq sitt investigazzjonijiet kbar ta’ korruzzjoni globali: Offshore Leaks, Swiss Leaks, Luxembourg Leaks, Fatal Extraction, Panama Papers, u Paradise Papers.

Fl-2017, l-ICIJ, inkluż is-Sur Caruana Galizia u l-kollegi tiegħu, ingħata l-Premju Pulitzer għal-Explanatory Reporting. Ix-xogħol tiegħu kien strumentali biex iġiegħel lill-gvernijiet jaqdu l-impenji tagħhom għal standards internazzjonali kontra l-korruzzjoni.