Kurżitajiet
L-ambaxxata Taljana tirċievi ittra mimlija nsulti mingħand partitarju Ingliż

Kważi tliet ġimgħat wara l-finali tal-Euro l-ambaxxata Taljana f’Londra rċeviet ittra mimlija offiżi minn partitarju Ingliż li għadu rrabjat għar-riżultat.

Fil-finali li ntlagħbet fil-11 ta’ Lulju f’Wembley l-Italja għelbet lill-Ingilterra wara l-għoti tal-penalties.

Fl-ittra l-partitarju qal lill-ambaxxatur li l-Italja rebħet bil-qerq, bi vjolenza u b’intimidazzjoni.

“Ma tafux tilgħabu b’mod sportiv. Aħna tlifna bl-unuri”, żied jakkuża lill-Italja l-partitarju fost kliem offensiv.

L-ittra kienet ippubblikata fuq il-mezzi soċjali tal-Ambaxxata Taljana f’Londra minn Alessandro Motta, il-viċi tal-ambaxxatur Taljan.