Barranin
L-ambaxxatur Ċiniż għal Iżrael jinstab mejjet fl-appartament tiegħu

L-ambaxxatur Ċiniż għal Iżrael Du Wei nstab mejjet fl-appartament tiegħu fis-subborg ta’ Herzliya f’Tel Aviv, Iżrael.

Du li kellu 58 sena nstab mejjet fis-sodda. L-awtoritajiet Iżraeljani bdew investigazzjoni iżda l-pulizija kkonfermat li l-ewwel stħarriġ preliminari eskluda li kien hemm terzi persuni suspettati bil-qtil.

Du ġie appuntat ambaxxatur għal Iżrael fi Frar u qabel serva bħala l-mibgħut ta’ pajjiżu għall-Ukrajna. Huwa kien miżżewweġ u kellu tifel, iżda l-familja tiegħu ma kienetx miegħu fl-Iżrael.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Barranin

Studju li sar fi Spanja naqqas it-tama li l-popli se jkunu kapaċi jiżviluppaw dik li tissejjaħ immunità tal-merħla (herd immunity) kontra l-Covid-19. Dan hekk kif instab li 5% biss tal-popolazzjoni…

Aktar