Lokali
L-Ambaxxatur Taljan jippreżenta l-kredenzjali lill-President

Il-gvern Taljan ħatar ambaxxatur ġdid ghal Malta. L-ambaxxatur Mario Sammartino li serva f’diversi karigi diplomatiċi f’diversi pajjiżi f’intervista esklussiva ma’ tvm.com.mt wara li ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qal lil tvm.com.mt li jara bosta oqsma ta’ koperazzjoni fosthom fil-qasam tal-enerġija waqt li rrikonoxxa li Malta tat ix-xogħol lil bosta Taljani waqt il-kriżi ekonomika f’pajjiżu.

L-Ambaxxatur Taljan il-ġdid għal Malta Mario Sammartino qal li l-impenn tiegħu fl-oqsma kollha diplomatiċi se jkun wieħed b’saħħtu iżda prijorità ewlenija se tingħata lill-qasam ekonomiku.

Mario Sammartino qal li “economy is very important, I understand that in the last years Malta has been an attractive market labour market for Italians who were suffering during a bad economic crises, now we are overcoming our problems , the crises is almost over and this will open further opportunities of collaboration to the benefit of our countries”.

L-ambaxxatur Sammartino qal li oqsma oħra li se jaħdem dwarhom huma l-enerġija u dak kulturali. Huwa qal lir-rabtiet kulturali bejn it-Taljani u l-Maltin huwa b’saħħithom iżda hemm lok li dawn jingħata spinta ‘l quddiem flimkiem mal-qasam akkademiku. L-Ambaxxatur Sammartino qal dan wara li preżenta l-kredenzjali tieghu lill-President Marie Louise Coleiro Preca fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt.

Intant anke n-Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Alessandro D’Errico ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta.

In-Nunzju Appostoliku għal Malta twieled fit-18 ta’ Novembru, 1950 u ġie ordnat saċerdot fl-1974. Mons. Alessandro D’Errico sar Arċisqof titullari ta’ Carini, fl-1998. Huwa studja f’Ruma fejn kiseb id-dottorat fil-Filosofija.

Huwa ngħaqad mas-Servizz Diplomatiku tal-Vatikan fl-1977 wara li serva f’diversi nunzjaturi differenti fosthom fil-Pakista, f’Bożnija Ħerzegovina, fil-Montenegro u fil-Kroazja

L-Arċisqof D’Errico huwa wkoll Nunzju Appostoliku tal-Libja.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ġuvni ħelisha ħafif wara li l-vann li kien qiegħed isuq dalgħodu baqa’ dieħel ġo ħajt bil-konsegwenza li niżel f’għalqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal…

Lokali

Il-Maġistrat Anthony Vella ġie assenjat mill-Prim Imħallef biex imexxi l-inkjesta fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. F’deċiżjoni li tat kmieni dalgħodu, il-Maġistrat Scerri Herrera irrikużat ruħha mill-inkjesta u qalet li l-ġustizzja…

Lokali

Iben Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, iddeskriva b’mod grafiku dak li ra wara l-isplużjoni li ħalliet lil ommu mejta lbieraħ. Is-Sur Caruana Galizia kien l-ewwel wieħed fuq ix-xena peress…

Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum, it-Tlieta 17 ta’ Ottubru: Il-faċċata ta’ kull ġurnal ippubblikat illum hija ddominata mill-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia lbieraħ wara nofsinhar fi splużjoni qawwija…

Aktar