Fjuri endemiċi f’Pembroke

Pembroke, lokalità viċin żoni turistiċi u ta’ divertiment b’għeruq li jmorru lura għal żmien l-Ingliżi u llum toffri residenza għal mijiet ta’ familji. Aktarx ftit jafu li din il-lokalità mal-baħar għandha wkoll il-partikularitajiet tagħha fil-qasam ambjentali.

Il-President ta-Nature Trust, Vince Attard, spjega l-valur ambjentali ta’ Pembroke li wassal saħansitra biex żona qrib it-Torri tal-Madliena, bejn dak li kien il-kumpless White Rocks u r-range tal-isparar tal-Forzi Armati, tiġi klassifikata bħala sit Natura 2000.

Qal li Pembroke huwa post li joffri kwantità kbira ta’ fjuri u bebbux u ħafna ħlejjaq oħra u pjanti li huma endemiċi mhux biss f’Malta iżda isibhom f’Pembroke biss mid-dinja kollha.

Fost publikazzjonijiet maħsuba biex iżidu l-għarfien dwar il-patrimonju naturali tal-inħawi, ġiet ippublikata mappa li tagħti informazzjoni fuq il-post flimkien ma’ ktejjeb għat-turisti u kotba għat-tfal b’dettalji dwar il-flora u fawna, l-istorja u suġġetti oħra.

Dawn il-publikazzjonijiet ser ikunu qed jitqassmu fl-iskejjel, lukandi u uffiċini tal-informazzjoni bil-għan li jissaħħaħ l-prodott turistiku u storiku.

Biex il-pubbliku japprezza aħjar din iż-żona, il-Ħadd li ġej l-Awtorità tat-Turiżmu bil-kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra se torganizza għadd ta’ attivitajiet għall-familja kollha.

L-għan ewlieni tal-attivitajiet hu wieħed edukattiv biex il-pubbliku japprezza aktar il-wirt naturali ta’ dawn l-inħawi.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

COVID-19

Baqgħu ħamsa l-każijiet attivi tal-Covid-19 f’Malta, hekk kif mill-bieraħ ‘l hawn ma kien hemm ebda każ ġdid ta’ infezzjoni, u lanqas ta’ fejqan. Dawn ir-riżultati ħarġu wara li fl-aħħar 24…

Aktar