Barranin
L-Amerika b’sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali.

Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut mill-kamra tar-rappreżentanti ser jippenalizzaw il-banek li jagħmlu negozju mal-Uffiċjali Ċiniżi. Is-sanzjonijiet kienu approvati mis-senat qabel marru quddiem il-president Donald Trump.

Iċ-Ċina permezz ta’ din il-liġi ser timblokka l-ħelsien li gawda Hong Kong miċ-Ċina għal dawn l-aħħar 50 sena. L-Ispeaker Nancy Pelosi qalet li din il-liġi hija brutali u ser teqred il-ħelsien tal-poplu ta’ Hong Kong.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Barranin

Il-Qorti għolja Ingliża qalet li l-kumpannija tal-linja tal-ajru Virgin Atlantic se tfalli jekk il-kredituri tagħha ma japprovawx ftehim ta’ 1.2 biljun lira sterlina biex isalva lill-kumpannija. Skont l-avukati tal-linja tal-ajru,…

Barranin

Queensland fl-Awstralja estendiet l-għeluq tal-fruntiera minn ma’ New South Wales u l-Australian Capital Territory bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. L-istat ta’ Victoria huwa magħluq meqjus bħala l-epiċentru tat-tieni mewġa tal-virus,…

Barranin

Dak li kellu jkun l-isbaħ jum għal din l-għarusa kellu jispiċċa f’wieħed mill-aktar traġiku hekk kif propju waqt it-tieġ tagħha seħħet l-isplużjoni f’Beirut li ħalliet għexieren mejta u mijiet midruba….

Aktar