Barranin
L-Amerika u l-Iran jaqblu fuq skambju ta’ xjentisti miżmuma priġunieri

L-awtoritajiet Amerikani u Iranjani qablu li jeħilsu priġunier kull wieħed, fi ftehim li wassal biex ir-riċerkatur Ċiniż-Amerikan Xiyue Wang, li ilu arrestat fl-Iran tliet snin, u l-espert fl-istem cells Iranjan, Massoud Soleimani, li kien ilu miżmum f’Chicago mis-sena l-oħra, jinħelsu.

Xiyue kien akkużat bi spjunaġġ kontra l-Iran, filwaqt Soleimani kien akkużat li kien qed iġorr materjal bioloġiku lejn l-Iran mill-Istati Uniti. Iż-żewġ persuni ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.

Xiyue ser jingħaqad ma’ martu u binhom Shaofan li ma rax il-missieru f’dan l-aħħar tliet snin. Huwa mar l-Iran biex iwettaq riċerka għat-teżi tad-dottorat tiegħu, iżda kif kien ħiereġ mill-pajjiż ġie akkużat li kien qed iġorr materjali kunfidenzjali għall-istituzzjonijiet akkademiċi fir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mexxejja minn madwar id-dinja nġabru f’Iżrael biex ifakkru il-75 anniversarju mindu il-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz inħeles mill-ħakma Nażista. Il-qofol ta’ dan l-anniversarju mistenni jintlaħaq nhar it-Tnejn, b’ċerimonja f’Auschwitz fil-Polonja….

Barranin

Beda bħala apprendist ta’ Pierre Cardin u imbagħad ħadem bħala disinjatur għal Hermes. Wieħed mill-ġganti tad-dinja tal-moda, Jean Paul Gaultier, ippreżenta l-aħħar wirja tiegħu qabel ma jirtira formalment mill-industrija wara…

Barranin

Is-sriep huma x’aktarx il-kaġun tat-tixrid tal-coronavirus, li ħalla 17-il persuna mejta fiċ-Ċina. Is-serp krait u l-cobra Ċiniż x’aktarx huma s-sors ewlieni tal-coronavirus, mikrobu perikoluż li jinfirex malajr. L-esperti jemmnu li…

Barranin

Huanggang, bħal Wuhan qed tieħu miżuri drastiċi iżda neċessarji biex tipprevjeni li jkompli jinxtered il-coronavirus li s’issa ħalla 17-il persuna mejta. Fi Huanggang hemm madwar 6 miljun persuna u minħabba…

Aktar