Barranin
L-Amerka tiskuża ruħha talli qatlet 10 persuni “bi żball” f’Kabul – 7 kienu tfal

L-Amerka ammettiet li laqtet karozza b’oħra u qatlet għaxar persuni bi żball f’Kabul f’attakk li wettqet permezz ta’ drone fid-29 ta’ Awwissu, ftit qabel ma t-truppi Amerikani rtiraw mill-Afganistan.

Il-Ġeneral Amerikan Kenneth McKenzie stqarr li dan kien “żball traġiku”, u wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi.

S’issa, l-Amerka kienet iddefendiet bl-art u l-baħar dan l-attakk billi sostniet li l-vettura kienet ta’ theddida minħabba l-fatt li kien fiha persuni li possibbilment kienu se jwettqu attakk suwiċida fl-ajruport ta’ Kabul.

Sebgħa mill-għaxra mejta f’dan l-attakk kienu tfal.