Barranin
L-Amerka toffri kumpens finanzjarju lill-qraba tal-persuni li qatlet bi żball f’Kabul

Id-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti offra li jagħti kumpens finanzjarju lill-qraba tal-persuni Afgani li l-Amerka qatlet bi żball f’Kabul f’Awwissu li għadda.

Fid-29 ta’ Awwissu li għadda, il-militari Amerikani laqtu karozza b’oħra u qatlu għaxar persuni, fosthom sebat itfal, f’attakk li wettqu permezz ta’ drone f’Kabul.

L-attakk kien sar ftit qabel ma t-truppi Amerikani rtiraw mill-Afganistan.

Jiem wara l-inċident traġiku, il-Ġeneral Amerikan Kenneth McKenzie kien stqarr li dan kien żball traġiku u wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi.