Budget2021
L-anzjani se jibbenefikaw minn żieda ta’ €5, tal linja b’xejn minn 70 sena

L-anzjani se jibbenefikaw kemm miż-żieda sħiħa tal-COLA, €1.75 fil-ġimgħa u anke minn żieda oħra ta’ €3.25 fil-ġimgħa għal total ta’ €5 fil-ġimgħa.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li koppji ta’ pensjonanti li għandhom komputazzjoni doppja mis-sena d-dieħla se jiffrankaw it-taxxa fuq il-pensjoni tagħhom.

Mal-11,000 persuna, li ma jikwalifikaw għall-ebda pensjoni għax ma ħallsux biżejjed bolol, mis-sena d-dieħla se jibbenefikaw minn żieda ta’ mitt ewro fil-bonus li se jitla’ għal €350.

Il-krediti tal-bolol tan-nisa li kienu ħadmu qabel kellhom dsatax-il sena u li twieldu qabel 1962 se jibdew jingħaddu u b’hekk se jiżdiedu l-anzjani intitolati għall-pensjoni.

Għal darb’oħra se jiżdied b’mitejn ewro l-ammont tal-pensjoni tas-servizzi.

L-anzjani li għandhom iktar minn 70 sena se jkunu jistgħu jivjaġġaw b’tal-linja b’xejn.