COVID-19
L-anzjani ta’ San Vincenz bdew jieħdu t-tieni doża tat-tilqima għall-Covid-19

L-anzjani f’San Vinċenz de Paul issa bdew jieħdu wkoll it-tieni doża tat-tilqima għall-Covid-19.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità attiva qal li l-ewwel anzjana li kienet ħadet l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-COVID-19, illum ingħatat it-tieni doża. Hija kienet l-ewwel anzjana f’Malta li ngħatat din it-tilqima.

“Hekk kif issa r-residenti kollha f’San Vinċenz del Paul li aċċettaw li jitlaqqmu ngħataw l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid-19, 878 anzjan, mil-lum se tibda tingħata t-tieni tilqima lill-anzjani, filwaqt li fl-istess ħin se nassiguraw li l-impjegati jitlaqqmu wkoll,” qal il-Ministru Michael Farrugia.

Il-Gvern qal li sa nofs Frar mistenni li l-anzjani f’San Vinċenz de Paul ikunu ngħataw it-tieni doża tat-tilqima, filwaqt li sal-aħħar ta’ Frar hu mistenni li jkunu tlaqqmu bit-tieni doża l-anzjani fid-djar kollha tal-anzjani, inkluż dawk privati.