Kultura
L-anzjani wkoll se jibdew jidħlu b’xejn fis-siti ta’ Heritage Malta

L-anzjani se jkunu jistgħu jibdew jidħlu bla ħlas f’siti storiċi mmexxija minn Heritage Malta wara ftehim li sar mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Wara li nħoloq passaport għall-istudenti, issa l-anzjani se jkunu jistgħu jgawdu wkoll minn passaport simili, li jippermettilhom jidħlu f’siti storiċi bla ħlas u bla limitu. Jekk waqt dawn iż-żjarat l-anzjani jiġu akkumpanjati minn żewġ żgħażagħ, dawn ukoll jidħlu bla ħlas.

Iċ-ċittadini kollha li għandhom minn 60 sena ‘l fuq jistgħu għal dan il-Passaport tal-Kbar billi jmorru bil-karta tal-identità fil-Kunsill Lokali tagħhom. Il-ħaddiema tal-Kunsill Lokali se jirreġistrawhom fis-sistema tal-Passaport tal-Kbar u fi żmien 10 ijiem, l-applikanti jirċievu bil-posta l-passaport flimkien ma’ fuljett bl-informazzjoni.

Dawk li jkollhom il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta jistgħu jgawdu minn żjarat bla limitu u bla ħlas fis-27 sit tal-Aġenzija, li jvarjaw minn tempji u għerien preistoriċi, djar u ħabsijiet storiċi, fortizzi u palazzi, u selezzjoni ta’ mużewijiet li jirrelataw man-natura, l-arkeoloġija, il-marittimu, it-tifkiriet tal-gwerra u l-arti.

Waqt kull żjara f’xi attrazzjoni ta’ Heritage Malta, l-anzjani għandhom jassiguraw li l-passaport tagħhom jiġi ttimbrat. Ma’ kull tmien timbri miġbura, is-sidien tal-passaport jirċievu rigal mingħand Heritage Malta, sa massimu ta’ 3 rigali.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Il-Union tal-Edukaturi Professjonisti, UPE qalet li l-Kunsill tal-Għalliema, iddeċieda li mis-sena skolastika li ġejja, l-għalliema kollha li se japplikaw għall-warrant ser ikollhom jippreżentaw il-fedina penali tagħhom maħruġa fl-aħħar xahar, flok iċ-ċertifikat…

Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Aktar