Barranin
L-Apple tħabbar li se tnaqqas il-produzzjoni tal-iPhone 13

L-ishma tal-Apple niżlu wara rapporti li se tkun qed tnaqqas drastikament il-produzzjoni tal-mudelli iPone 13 kawża ta’ nuqqas ta’ ċipep tal-kompjuter madwar id-dinja.

Il-kumpanija kienet mistennija tipproduċi 90 miljun iPhone fl-aħħar kwart ta’ din is-sena, iżda issa qed tinforma lill-imsieħba li aktarx tipproduċi 10 miljun inqas.

F’Settembru l-Apple ħabbret erba’ mudelli ġodda: iPhone 13, iPhone 13 mini, iPhone 13 Pro u iPhone 13 Pro Max

In-nuqqas ta’ ċipep, magħrufa bħala semi-conductors, qed jaffettwaw il-produzzjoni ta’ tagħmir elettroniku ieħor, bħal playstations, magni tal-grooiming tal-klieb u anki karozzi, tant li qed tkun irrappurtata żieda fil-bejgħ ta’ karozzi użati.