Kurżitajiet
L-Apple twissi biex l-iPhones ma jitwaħħlux ma’ muturi

Il-kumpanija Apple qed twissi biex l-iPhones ma jitwaħħlux ma’ muturi, speċjalment dawk b’magna b’saħħitha.

Dan minħabba li l-vibrazzjonijiet tal-magna jistgħu jagħmlu ħsara lis-sistema tal-kamera tal-mobile, speċifikament il-funzjonijiet magħrufa bħala ‘optical-image stabilisation’ u ‘closed-loop autofocus’,

L-Apple issuġeriet biex anki s-sewwieqa ta’ muturi inqas b’saħħithom, bħal scooters u mopeds, jużaw ‘holder’ li jkun magħmul apposta biex inaqqas il-vibrazzjonijiet.

It-twissija tal-Apple saret wara li għadd ta’ persuni bdew jirrapportaw ħsara fil-kamera tal-iPhone wara li waħħluh mal-mutur.