Internet
L-Appoġġ b’250 rapport fis-sena ta’ abbużi jew riskji fuq l-internet

L-aġenzija Appoġġ qed tirċievi medja ta’ 250 rapport fis-sena mingħand tfal, ġenituri jew edukaturi dwar abbużi jew riskji li jiltaqgħu magħhom fuq l-internet.

Fil-ġurnata ddedikata għal internet aktar sikur, il-messaġġ ewlieni kien it-tisħiħ tas-sigurtà fuq l-internet.

L-internet ilu magħna għal ftit iktar minn 30 sena u llum teżisti ġenerazzjoni sħiħa li twieldet, trabbiet u ma tafx x’jiġifieri l-ħajja mingħajr din l-għodda teknoloġika.

B’għafsa bil-ponot ta’ subgħajhom, it-tfal u ż-żgħażagħ għandhom baħar ta’ opportunitajiet biex jitgħallmu, jiskopru, biex jinteraġixxu u biex joħolqu.

Iżda fid-dinja diġitali mhux kollox ward u żahar. It-tfal li sikwit ikunu online, jistgħu jaffaċċjaw riskji ta’ kull xorta.

L-aġenzija Appoġġ, il-Pulizija, l-aġenzija tech.mt, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal huma l-imsieħba ewlenin fil-kampanja BeSmartOnline li hi maħsuba tkattar l-għarfien għal internet aktar sikur speċjalment fost it-tfal, il-ġenituri u l-edukaturi, kif spjegatilna Suzanne Garcia Imbernon mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.

“Għandna servizz ta’ helpline fejn nirċievu 250 każ fis-sena li għandhom x’jaqsmu ma’ diffikultajiet li t-tfal jistgħu jkollhom meta jkunu qegħdin jużaw l-internet,” qalet Suzanne Garcia.

Ir-rapporti li wħud minnhom jiġu investigati mill-Pulizija. “Ikun hemm ċertu każijiet li jmorru għand il-Pulizija għax ikun hemm implikazzjonijiet legali.”

F’dan l-isfond, mal-mija u ħamsin pajjiż, fosthom Malta, fakkru l-‘Jum għal Internet Sikur’ li hu maħsub li jżied l-għarfien fost kulħadd biex it-teknoloġija tintuża b’mod responsabbli, b’rispett, b’mod kritiku u kreattiv.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar