Ekonomija u Finanzi
L-APS bi qligħ ta’ €11.4 miljun fl-ewwel nofs tas-sena

Il-bank APS ħabbar ir-riżultati tiegħu għall-ewwel nofs tas-sena.

Il-bank qal li żied il-profitti tiegħu qabel it-taxxa għal €11.4 miljun, kważi €1 miljun aktar mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Il-bank qal li d-dħul mill-operat kiber minn kważi €23 miljun fl-2018 għal ftit aktar minn €26 miljun.

Il-bank qal li dawn ir-riżultati nkisbu fl-isfond ta’ pressjonijiet kontinwi tal-ispejjeż, fosthom tat-teknologija u tal-osservanza tar-regoli bankarji, li qal qed isiru wkoll biex ikun sostnut it-tkabbir bil-galbu tan-negozju tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar