
Il-bastiment MV Aquarius, li kien qed iwettaq operazzjonijiet ta’ salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran, kien kostrett jieqaf jopera.
L-għaqdiet mhux governattivi Msf u Sos Mediterranee, li kienu qed joperaw dan il-bastiment, qalu li l-ebda pajjiż ma kien lest jirreġistra l-MV Aquarius taħt il-bandiera tiegħu.
Il-bastiment kien ilu xahrejn wieqaf fil-port ta’ Marsiglia, wara li ġie ssekwestrat mill-awtoritajiet Taljani fuq akkużi ta’ traffikar u rimi ta’ skart illegali.
L-Aquarius kien qed isalpa taħt il-bandiera ta’ Ġibiltà, li rtiratlu r-reġistrazzjoni meta nqalgħet il-kontroversja. Il-bastiment imbagħad ġie rreġistrat mill-Panama, li wkoll spiċċat irtirat ir-reġistrazzjoni wara li allegatament saret pressjoni mill-awtoritajiet Taljani.
Intant, ilbieraħ telqu minn Malta l-aħħar grupp ta’ immigranti li kienu daħlu abbord l-MV Aquarius.
Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…
Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…
Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-ġnien fil-Foss tal-Belt Valletta li sar b’investiment ta’ €5 miljun. Il-ġnien, li se jkompli jagħti dehra xierqa lid-daħla tal-Belt wara li tlesta l-proġett tat-Tritoni mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni…
Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…