L-aqwa films għat-tfal tal-2013 waqt Children’s Cinema Day

‘Frozen’, ‘Thor: The Dark World’ u ‘Cloudy With a Chance of Meatballs 2′ huma fost il-films tat-tfal li ħargu fl-2013 u li għamlu suċċess kbir.

Dawn it-tlett films flimkien ma’ oħrajn se jkunu għall-wiri waqt l-edizzjoni li jmiss taċ-Children Cinema Day li se ssir fil-5 t’April.

Fost il-films li se jintwerew bi prezz speċjali hemm drama dwar il-gwerra ‘The Book Thief’, avventura ‘Captain America: The Winter Soldier’ u l-kummiedja ‘The Secret Life of Walter Mitty’.

Films oħra huma: ‘Robocop’, ‘I, Frankenstein’. ‘The Lego Movie’, ‘Mr. Peabody & Sherman’, ‘Rio 2’, ‘Free Birds’, ‘Walking With Dinasours’, ‘Justin and The Knights of Valour’, u ‘Tinker Bell & the Pirate Fairy’.

Il-films waqt din il-ġurnata speċjali jibdew jintwerew fid-9 a.m. bil-prezz għat-tfal jibda minn’ €2.50 u €4.00 għal adulti li jakkumpanjawhom.

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Aktar