Lokali
L-aqwa soluzzjonijiet tal-ICT premjati waqt l-eBusiness Awards

Ilbieraħ filgħaxija saret is-sitt edizzjoni tal-eBusiness Awards li tippremja ideat innovattivi fis-settur tal-ICT. 26 entità, minn rekord ta’ 55 nominazzjoni waslu sal-finali fi tmien kategoriji differenti.

Is-sit jobsplus.com.mt rebaħ fil-kategorija tal-aqwa inizjattivi ta’ eGoverment. Tallinja App tal-Malta Public Transport rebħet l-unur għall-aqwa app. Fil-kategorija business-to-business rebħu Shireburn għas-Software ‘Indigo Payroll’. L-unur fil-kategorija customer-to-customer intrebaħ mill-MaltaPost għall-proġetti tagħhom ‘SendOn’ u ‘Easypik’. Daniela Bartolo rebħet l-unur għat-teżi tagħha, ‘Malta’s digital economy: developing connectivity for a small EU Member State’, filwaqt li The Student Campus rebaħ l-unur għall-aqwa startup fis-settur. L-unur għall-aqwa kampanja fuq il-media soċjali ntrebaħ min-New York Best.

Fl-aħħar nett l-unur għall-aqwa użu tat-teknoloġija kien ippreżentat mill-Ministru għall-Kompetittività Manwel Mallia lill-Iżpiżerija tal-Għażla Tiegħek – POYC, għal ‘Beyond an ERP Solution’.

Il-Ministru Mallia qal li s-soluzzjonijiet ippreżentati għal dawn l-unuri huma indikattivi ta’ eko-sistema teknoloġika li kulma jmur qed tkompli tespandi. Dan is-settur qal huwa kontributur importanti ħafna għall-ekonomija Maltija u għalhekk jeħtieġ l-appoġġ kollu meħtieġ mill-Gvern.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli tistqarr li jkun żball jekk il-kannabis tiġi ppreżentata bħala sustanza li tista’ tintuża għal skop rikreattiv. Waqt il-programm Ras imb ras hija spjegat x’se jagħmel…

Lokali

Il-quddiesa tal-lejla fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt, li fiha Patri Deo Debono, kien wieħed mill-konċelebranti kienet l-aħħar waħda tiegħu fil-pubbliku, almenu għalissa. Dan wara li l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda…

Parlament

Il-binja tal-Parlament baqgħet tagħmel l-ilma u dan minkejja skont l-Ispeaker Anglu Farrugia saru xogħlijiet ta’ manuntenzjoni biex tiġi indirizzata l-problema li kienet mill-bidu nett u li kkawżat problemi kemm għall-impjegati…

Aktar