Barranin
L-Arabja Sawdija tikkundanna lil Trump

L-Arabja Sawdija kkundannat id-deċiżjoni tal-Istati Uniti li jirrikonoxxu lil Ġerusalemm bħala l-belt kapitali ta’ Iżrael. Din id-deċiżjoni qed tiġi kritikata internazzjonalment.

Fi stqarrija, ir-renju tal-Golf qal li d-deċiżjoni tal-President Donald Trump mhix ġustifikata u irresponsabbli.

Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu faħħar lill-President Trump u qal li din hija ġurnata storika.

S’issa tmienja mill-ħmistax-il membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda kkundannaw lil Trump u talbu għal laqgħa urġenti fi tmiem din il-ġimgħa.

Għall-Palestinjani din hija daqqa ta’ ħarta kbira hekk kif għalihom il-Lvant ta’ Ġerusalemm huwa l-belt kapitali tal-istat futur tagħhom.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan ħeġġeġ lill-Mexxejja tan-Nazzjonijiet Musulmani jirrikonoxxi lil Ġerusalemm bħala l-kapitali okkupata tal-istat Palestinjan. Waqt summit tal-organizazzjoni tal-koperazzjoni Iżlamika, huwa qal li d-deċiżjoni Amerikana li tirrikonoxxi Ġerusalemm…

Barranin

Fl-Italja għargħar laqat it-tramuntana tal-pajjiż b’mijiet ta’ nies kellhom jevakwaw darhom b’oħrajn ifittxu kenn f’bini għoli biex jevitaw l-ilmijiet qawwija. L-ilmijiet laqtu l-iktar lill-ibliet ta’ Lentigione u Brescello fir-reġjun ta’…

Barranin

Fl-Istati Uniti, l-aggressur Akayed Ullah, li huwa akkużat b’attakk terroristiku fi stazzjon nhar it-Tnejn li għadda f’Manhattan fi New York, ippostja messaġġ fuq il-midja soċjali indirizzat għall-President Amerikan Donald Trump…

Barranin

Splużjoni kbira f’impjant tal-gass fl-Awstrija ħalliet persuna mejta u minn tal-anqas 18 feruti. L-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tad-8.45 ta’ dalgħodu fis-sit Baumgarten ikkawżat ukoll in-nirien, bl-awtoritajiet iżda jgħidu li s-sitwazzjoni…

Aktar