Reliġjon
L-Arċisqof fost l-isqfijiet li se jisma’ persuni li ġew abbużati mill-kleru

Il-Papa Frangisku ser ikompli jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali minn persuni kkonsagrati fuq minuri.

Fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa ser jinġabru fil-Vatikan numru sostanzjali ta’ isqfijiet ħafna minnhom huma presidenti tal-konferenzi episkopali tad-djoċesijiet madwar id-dinja. Il-laqgħa ser tiddiskuti miżuri li għandhom jittieħdu biex l-isqfijiet ikollhom l-għodda biex jitrattaw ma’ każi ta’ abbuż sesswali b’mod responsabbli u trasparenti.

Il-laqgħa ser tenfazizza dak li jrid il-Papa li ma għandu jkun hemm ebda tolleranza għall-abbuż sesswali fuq minuri.

L-Arċisqof Charles Scicluna li huma membru fil-kumitat organizzattiv f’konferenza tal-aħbarijiet f’Ruma qal li l-laqgħa li ser iddum tlitt ijiem u ser tagħmilha ċara li s-Sante Sede ser issegwi l-implimentazzjoni biex tara li dawn il-miżuri jitwettqu madwar id-dinja.

L-Arċisqof qal “these 190 people who represent the leadership in the church than will need to follow up procedure that will need to be audited and that is something that the holy father has asked the organizing committee to remain in Rome to discuss follow up immediately. we are going to start from the very day when the meeting starts to suggest where we go after the meeting, that is very important I think.”

Il-laqgħa ser tkun indirizzata minn tliet nisa li tnejn minnhom huma lajċi u anke ser tisma’ persuni li meta kienu żgħar għaddew minn abbuż sesswali minn membri tal-kleru.