Lokali
L-Arċisqof ineħħi lil Patri Deo Debono minn Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin

Il-quddiesa tal-lejla fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt, li fiha Patri Deo Debono, kien wieħed mill-konċelebranti kienet l-aħħar waħda tiegħu fil-pubbliku, almenu għalissa.

Dan wara li l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda li Patri Deo Debono ma jeżerċitax il-ministeru saċerdotali fil-pubbliku sakemm jibqgħu pendenti l-investigazzjonijeit tal-Pulizija u kwalunkwe proċedura quddiem il-Qrati Ċivili.

Stqarrija tal-Kurja tal-Arċisqof qalet li bi qbil mal-Priovinċjal tal-Patrijiet Agostinjani, Patri Leslie Gatt, l-Arċisqof iddeċieda wkoll li Patri Deo Debono ma jibqax Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt.

Ara wkoll:

Kappillan fil-Belt se jitressaq il-Qorti implikat fis-serqa ta’ arti sagra b’valur ta’ €80,000

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar