Lokali
L-Arċisqof iżur il-pazjenti Maltin f’Londra

L-Arċisqof Charles J. Scicluna temm żjara pastorali f’Londra, l-Ingilterra, li matulha mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Vitorja fl-okkażjoni ta’ Malta Day – UK.  Waqt li kien Londra, Monsinjur Scicluna ħa l-okkażjoni biex iżur il-pazjenti Maltin li qed jingħataw il-kura f’Londra.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Vitorja saret fil-Katidral ta’ Westminster nhar is-Sibt bħala parti mill-attivitajiet organizzati mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra b’kollaborazzjoni mal-għaqdiet tal-Maltin fir-Renju Unit.

Waqt l-omelija, l-Arċisqof ħeġġeġ biex filwaqt li niċċelebraw ir-rebħiet fuq l-assedji li għaddiet minnhom Malta, nitolbu li nirbħu wkoll dawk l-assedji li qed iħabbtu lis-soċjetà tal-lum.

Monsinjur Arċisqof semma fost l-oħrajn il-ħtieġa li niddefendu l-valuri tal-familja u li nħarsu d-dinjità tal-bniedem, u li nibqgħu ngħaddu dan il-wirt ta’ valuri u ta’ fidi lill-ġenerazzjonijiet futuri.

Matul iż-żjara tiegħu f’Londra, l-Arċisqof żar ukoll il-pazjenti Maltin fl-isptarijiet ta’ Royal Marsden Hospital Sutton u Fulham, Great Ormond Street Hospital u National Hospital for Neurology and Neurosurgery.

Fil-kappella tal-Isptar Great Ormond Street, Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa li matulha talab għall-morda kollha u għammed tarbija Maltija.  L-Arċisqof żar ukoll il-Maltin fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li l-Parlament illejla ser jivvota dwar l-emendi għal-liġi tal-protezzjoni tal-embrijuni, fil-Qorti nfetħet kawża kostituzzjonali b’talba biex din tiddikjara li l-emendi huma nulli għaliex jiksru l-Kostituzzjoni. Dan l-iżvilupp seħħ sigħat…

Lokali

Il-Qorti Maltija rreferiet 48 każ lill-Bord tar-Rijabilitazzjoni ta’ persuni ħatja ta’ reat marbut ma’ pussess tad-droga fit-tliet snin li l-Bord ilu mwaqqaf. Dan tħabbar mill-Minsitru għall-Ġustizzja Owen Bonnici meta ppreżenta…

Lokali

Fl-ewwel ta’ Lulju li ġej se tagħti kunċert għall-ewwel darba f’Malta waħda mill-aqwa orkestri fid-dinja Royal Concertgebouw, fit-teatru Manoel. Din l-orkestra bħalissa qed tagħmel tour fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministru…

Aktar