Knisja Maltija
L-Arċisqof jgħid li Malta għandha bżonn is-solidarjetà ta’ pajjiżi oħra dwar l-immigrazzjoni

L-Arċisqof Charles J Scicluna qal li Malta għandha bżonn is-solidarjetà ta’ kulħadd. L-isqfijiet Maltin qed jattendu konferenza f’Bari dwar l-immigrazzjoni u l-paċi fil-mediterran. F’intervista qabel il-konferenza, l-Arċisqof Scicluna qal li Malta hi għatxana għas-solidarjetà fil-qasam tal-immigrazzjoni. Sostna li bħala pajjiż fil-fruntiera u bl-influss ta’ immigranti, Malta għandha bżonn ta’ din is-solidarjetà.

Monsinjur Scicluna kompla jgħid li l-knejjes madwar il-Mediterran għandhom jgħinnu l-komunitajiet isiru ċentru li jilqgħu lill-immigranti u jilqgħu din l-għajta tal-innoċenti li qed jispiċċaw isibu ċimiterju fil-baħar.

L-Arċisqof Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jinsabu f’Bari, l-Italja, għal din il-konferenza bit-tema ‘Il-Mediterran fruntiera ta’ paċi’.

Għal din il-laqgħa hekk imsejħa ta’ riflessjoni u spiritwalità qed jattendu madwar 60 isqof minn 20 pajjiż. L-immigrazzjoni hija waħda mit-temi prinċipali ta’ din il-konferenza li ser tiddiskuti wkoll l-evanġelizzazzjoni taż-żgħażagħ, l-isfida tal-qagħad u l-paċi fir-reġjun.

Il-laqgħa f’Bari, li qed tiġi organizzata mill-Konferenza Episkopali Taljana u ser tkun indirizzata anke mill-Papa Franġisku .

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Illum kienu kkonfermati x każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa l-ammont totali ta’ persuni li ġew infettati laħaq 169. F’konferenza stampa, is-Supertendent għas-Saħħa Pubblika, Prof Charmaine Gauci, qalet li…

Kronaka

Nhar il-Ħadd li għadda ġie estradit minn Malta Christopher Guest More Jr, li kien wieħed mill-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa, qabel ma nqabad f’Malta f’Ġunju li għadda. L-awtoritajiet Maltin kienu involuti…

Konsumatur

It-traħħis imħabbar mir-regolatur f’dak li huma ċilindri tal-LPG b’effett minn għada se jkun ifisser li se jkun hemm traħħis ta’ €1 għal ċilindri ta’ 12kg fejn minn €16 issa se…

Reliġjon

Fi knisja mneżża’ minn kull xorta ta’ armar, u nieqsa mill-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin bil-għan li jersqu eqreb…

Aktar