Reliġjon
L-Arċisqof jintbagħat il-Polonja biex jinvestiga każijiet ta’ abbuż

Matul ix-xahar li ġej l-Arċisqof Charles Scicluna mistenni jżur il-Polonja biex jinvestiga każijiet ta’ abbużi sesswali fuq tfal minn membri tal-kleru. Dan qed ikun irrapurtat f’sezzjonijiet tal-midja Pollakka.

Waqt din iż-żjara l-Arċisqof, li ilu diversi snin prosekutur ewlieni fil-Vatikan fuq każijiet ta’ abbuż, se jkun qed jattendi laqgħa plenarja tal-Konferenza tal-Isqfijiet Pollakki.

Dwar din il-missjoni tal-Arċisqof ikkummentaw ukoll Deputati Parlamentari fil-Polonja, li sostnew li ż-żjara tal-Arċisqof Malti ma kinitx waħda ta’ jumejn għall-korteżija.

L-aħħar żjara tal-Arċisqof Scicluna fuq każijiet simili kienet fiċ-Ċilì, fejn wara r-rapport li ħejja dwar il-pedofelija u l-omertà minn membri tal-kleru f’dan il-pajjiż, għadd ta’ Isqfijiet irriżenjaw.

Ara wkoll:

L-Arċisqof Charles Scicluna jtemm il-missjoni tiegħu fiċ-Ċilì u jinsab lura f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Safar

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ mill-ġdid l-ajruport għalkemm tibqa’ żżomm mal-pożizzjoni tagħha li kien ikun aħjar għas-settur turistiku li kieku l-ajruport jiftaħ fil-15 ta’…

COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Kultura

Ir-restawr fuq l-ikbar esebit fil-Mużew Marittimu lest. Il-Pulena, li għamlet żmienha fuq il-pruwa tal-HMS Hibernia, reġgħet lura għall-glorja tagħha. Għalissa fis-skiet għaliex il-pandemija għalqet il-bibien tal-mużewijiet, imma la jerġgħu jiftħu…

Aktar