Immigrazzjoni
L-Arċisqof u l-Imam b’appell biex jiġu salvati l-immigranti li jinsabu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Imam Mohammad Elsadi kellhom messaġġ komuni sabiex jiġui salvati l-immigranti li jinsabu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.

L-Imam Mohammad Elsadi li jmexxi l-komunità Musulmana f’Malta appella lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex isalva l-immigranti li jinsabu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija.  Fuq Facebook huwa appella lill-pajjiżi Ewropej biex jgħinnu wkoll lil Malta billi jilqgħu l-immigranti huma wkoll.

Aktar kmieni, l-Arċisqof Charles Scicluna wkoll wassal l-istess messaġġ u qal li dawk il-persuni li jinsabu f’periklu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija għandhom jiġu salvati, għax is-sigurtà tagħhom għandha dejjem tkun garantita. Qal li għandhom jiġu salvati l-ħajjiet u li jiġi żgurat li dawn jinżlu f’post sigur huwa obbligu legali fundamentali. Huwa sejjaħlu ħtieġa morali li ma tistax tiġi nnegozjata, jew tittieħed.