Barranin
L-Arġentina tibqa’ bla abort wara li l-liġi m’għaddietx mis-Senat

L-abort mhux se jidħol fl-Arġentina wara li l-abbozz tal-liġi m’għaddiex mis-Senat. Il-liġi proposta kienet se tillegalizza l-abort fl-ewwel erbatax-il ġimgħa tat-tqala.

Wara li sar dibatittu, 38 senatur ivvutaw kontra u 31 favur. Dan ifisser li l-abbozz irid jitħalla fuq l-ixkaffa sas-sena d-dieħla qabel jerġa’ jitressq fis-Senat għall-approvazzjoni.

Attwalment fl-Arġentina l-abort huwa permessibbli biss f’każ ta’ stupru jew f’każ li ħajjet l-omm tkun fil-periklu. B’maġġoranza Kattolika, it-tentattivi biex il-liġi ssir iktar permessibbli sabu oġġezzjoni qawwija.

Wara li ttieħed il-vot, inqala’ l-inkwiet fit-toroq ta’ Buenos Aires, fejn kienu qed isiru dimostrazzjonijiet miż-żewġ naħat. Dimostranti favur l-abort qabbdu n-nirien u waddbu oġġetti lejn il-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Awstralja

Għaxar ministri Awstraljani offrew ir-riżenja tagħhom wara li l-Prim Ministru Malcolm Turbull rebaħ b’marġini żgħira vot ta’ fiduċja wara sfida għat-tmexxija mill-Ministru tal-Intern u membru tal-partit tiegħu stess Peter Dutton….

Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Aktar