Lokali
L-argumenti favur l-abort huma fake news – l-Isqof Mario Grech

L-Isqof t’Għawdex Mario Grech qal li l-argumenti favur it-terminazzjoni tal-Ħajja tal-bniedem fil-Ġuf huma parti minn kultura li tiċħad il-verità. Huwa kien qed jitkellem fil-laqgħa ġenerali annwali tad-Dar Ġużeppa Debono f’Għajnsielem li twaqfet biex tagħti kenn lil xebbiet li jsiru ommijiet. L-Isqof Grech qal li li l-abort huwa omiċidju antiċipat u m’hemm l-ebda raġuni li tiġġustifika l-qtil tal-bniedem.

Ġimgħa wara li l-Fondazzjoni għad-Drittijiet tal-Mara ħarġet bi proposti fost oħrajn dwar il-legalizzazzjoni tal-abort, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech sejjaħ l-argumenti favur l-abort bħala fake news.

Huwa kien qed jitkellem f’Dar Ġużeppa Debono f’Għajnsielem li twettaq ħidma favur ommijiet mhux miżżewġa. L-Isqof t’Għawdex qal li soċjetà li taċċetta l-abort hija soċjetà omiċida għaliex kull meta bniedem inaddaf il-ġuf billi jneħħi l-ħajja ta’ tarbija, ikun qed joqtol persuna.

Monsinjur Grech sejjaħ l-abort bħala ksur gravi tal-liġi naturali u anke tal-kodiċi tat-tobba għax kull tabib jintrabat b’ġurament li juża l-professjoni medika tiegħu biex jiddefendi l-ħajja u qatt biex deliberatament jikkawża l-mewt ta’ bniedem. L-isqof Grech qal li hija ħasra li qed ngħixu f’epoka ta’ dittatura tad-drittijiet, li fih dak li jixtieq u jrid il-bniedem, jissejjaħ dritt ċivili.

L-Isqof Grech qal li l-problema serja tal-abort klandestin ma tissolviex billi jkun legalizzat dan il-qtil, imma billi jittieħdu miżuri soċjali li jindirizza dawk il-kawżi li minħabba fihom l-omm tħossha kkundizzjonata li toqtol lit-tarbija f’ġufha. Huwa ħeġġeġ lil Dar Ġużeppa Debono biex tkompli xxandar li l-ħajja umana hija mill-bidu tat-tnissil sat-tmiem naturali tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar