Kultura
L-arloġġ tat-Torri tal-Imtarfa wasal biex jerġa’ jibda jdoqq it-tokki

It-Torri tal-Arloġġ tal-Imtarfa dalwaqt ser jerġa’ jibda jopera hekk kif kważi tlesta r-restawr fuq it-torri u l-arloġġ b’investiment ta’ madwar €950,000, li minnhom inkisbu ftit iżjed minn €463,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Waqt li żar il-proġett, il-Ministru Carmelo Abela qal li bħal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa, is-sena li għaddiet kien hemm 21 Kunsill Lokali li bbenifikaw minn Fondi Ewropej.

It-Torri tal-Arloġġ tal-Imtarfa nbena fl-1895 mill-Forzi Ingliżi bħala parti mill-Barracks tal-Imtarfa, ingħata ħajja ġdida wara li fost oħrajn sar tindif tal-ġebla u sar kalibrar tal-mekkaniżmu tal-arloġġ.

Il-mekkaniżmu li għandu mal-mitt sena ġie restawrat minn Charles Pace u Mario Agius li spjegaw kif ilhom sena jaħdmu fuq il-mekkaniżmu, li kellu jiżżarma u jintrema biċċa biċċa.

“Il-magna għandha l-pendlu li huwa dan u jżomm il-ħin bħal arloġġ tad-djar. Jaħdem bil-piżijiet u ntugħ il-ħabel darba fil-ġimgħa,” fissru Charles Pace u Mario Agius.

Is-Sindku Tal-Imtarfa, Daniel Attard, qal li bħala parti mill-proġett ser jinbena Ċentru ta’ Interpretazzjoni li fih ser jintwerew filmati ta’ informazzjoni dwar l-istorja u l-passat militari tal-lokalità.

Waqt li żar il-proġett, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, qal li bl-għajnuna tal-MEUSAC, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa seta’ jibbenefika mill-fondi Ewropej li sa issa fuq dan il-proġett ammontaw għal kważi nofs miljun ewro. Żied jgħid li s-sena li għaddiet kien hemm 21 Kunsill Lokali li bbenefikaw minn Fondi Ewropej.

“Dawn ivarjaw minn proġetti għaż-żgħażagħ, proġetti oħrajn ta’ restawr f’oqsma differenti u allura nħeġġeġ mhux buiex Kunsill Lokalli imma anki għdaqdiet mhux governattivi liu jkollhom l-ammbizżjoni għall-proġetti prartikolarti biex javvinċinaw lil MEUSAC.”

Il-Kap għall-Fondi tal-UE fil-MEUSAC, Darren Grasso, qal li joffru informazzjoni u għajnuna lil kwalunkwe entità li tista’ tikwalifika għall-fondi. “Il-MEUSAC jista Joffri għajnuna ħolistika, mill-bidu tal-proċess, fejn nagħtu informazzjoni u ngħinuhom Biex jiżviluppaw il-proġett, sal-aħħar, fejn jissottomettu l-applikazzjoni, li imbgħad tiġi evalwata minn hemmhekk ‘il quddiem.”

Is-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli mill-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li fi snin li ġejjin, Malta ser tkun qed tibbenefika mill-fond ta’ reŻiljenza u rkupru biex l-ekonomija tal-pajjżi terġa tqum, b’valur ta’ 300 miljun Ewro.

“Se nkunu qegħdin nagĦmlu investimenti f’diversi inizjattivi u proġetti li ser isiru b’dawn il-fondi, u bħalissa pajjiżna jinsab għaddej b’konsultazzjoni informali mal-Kummissjoni dwar dawk l-inizjattivi li jitħabbru iktar tard.”

Il-fond ta’ reżiljenza u rkupru ser jgħin għall-aktar proġetti relatati mal-ekonomija l-ħadra u d-diġitilizazzjoni tal-ekonomija.