Barranin
L-armata Libjana tissokkta bl-attakki fuq Tripli, il-Gvern se jirritalja

Forzi tal-Libja tal-Lvant leali lejn Khalifa Haftar tard is-Sibt filgħaxija wettqu aktar attakki mill-ajru fuq il-kapitali Libjana Tripli.

F’dawn l-attakki nqatlu żewġ persuni u ndarbu għaxra oħra.

L-armata nazzjonali Libjana ta’ Haftar fetħet offensiva tliet ġimgħat ilu biex tieħu l-kontroll ta’ Tripli mingħand il-Gvern Libjan, li hu rikonoxxut internazzjonalment.

L-armata kkonfermat ukoll li bagħtet bastiment tal-gwerra lejn port taż-żejt, Ras Lanuf.

Intant, iktar kmieni lbieraħ, il-Ministru għall-Intern Libjan wiegħed li l-qawwiet tiegħu se jirritaljaw bil-kbir minn hawn u tlett ijiem oħra, u li b’hekk se jibdlu t-tattika u jmorru fuq l-attakk minflok fuq id-difiża.