Lokali
L-Armata ssalva 70 immigrant minn Nofsinhar ta’ Malta

Grupp ta’ madwar 70 immigrant iddaħħlu Malta wara li ġew salvati matul il-lejl minn patrol boat tal-Forzi Armati. L-immigranti ttellgħu abbord fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Fl-aħħar jiem, fiċ-ċentru tal-Mediterran kienu rrappurtati diversi dgħajjes b’immigranti jivvjaġġaw mil-Libja lejn l-Ewropa.

Il-Ħadd biss, f’Lampedusa daħlu aktar minn 2,000 immigrant li kienu fuq 20 dgħajsa.

Filmati mill-gżira juru mijiet ta’ immigranti li qattgħu l-lejl fi triq qabwel ma’ jiġu trasferiti fuq vapur biex jagħmlu kwarantina ta’ ġimagħtejn bħala prekawzjoni għall-covid-19. Iċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Lampedusa li jesa’ ftit aktar minn elf ruħ hu mimli.

Skont il-Ministeru tal-Intern Taljan, mll-bidu tas-sena sas-7 ta’ Mejju laħqu x-xtut Taljani mal-11,000 immigrant; żieda ta’ 4,100 fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.