Lokali
L-Arms tispjega kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl

Il-kumpanija Arms qalet li l-mod kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl huwa l-istess kif ilu isir mill-2009, ħlief ir-roħs ta’ 25% li tħabbar għal familji fl-2015 u għan-negozji fl-2015.

Fi stqarrija l-Arms spjegat li s-sistema tal-kontijiet kif tħabbret fl-2009 kienet maħsuba biex il-konsumaturi li jużaw l-inqas enerġija jħallsu l-orħos tariffi u dan għadu l-istess.

Kompliet tgħid li r-roħs fit-tariffi wasal għal konsum akbar minn uħud mill-konsumaturi tant li s-sena l-oħra l-konsum żdied b’sitta fil-mija u reġa’ qed jiżdied din is-sena.

Il-Kumpanija qalet li 78% tal-kontijiet illum qed jinħarġu fuq il-konsum li jkun sar u mhux bħala stima. Żiedet tgħid li tibqa’ lesta li tgħin lil konsumaturi waqt li stqarret li għaddej eżerċizju mal-awtoritajiet fuq dawn il-kontijiet bil-għan li jingħata servizz lil konsumaturi.